Dak li qed ikun irrapportat bħala kolp ta’ stat fil-Guinea-Bissau fl-Afrika, ħalla diversi membri mill-forzi tas-sigurtà mejta.
L-awtoritajiet qalu li s-sitwazzjoni, li sejħulha bħala “attakk fallut kontra d-demokrazija”, tinsab taħt kontroll.
Kollox beda meta nstemgħu tiri tan-nar ħdejn binja tal-Gvern ti-Tlieta fil-kapitali Bissau, fejn il-President allegatament kien qed jattendi laqgħa tal-Kabinett.
Ingħad li s-suldati arrestaw lill-President u lill-Ministri tiegħu.
Irġiel armati li għadhom ma ġewx identifikati, attakkaw il-Palazz tal-Gvern meta l-President kien qiegħed f’laqgħa mal-Prim Ministru.