F’attentat ieħor fjakk biex jipprova jħammeġ isem pajjiżna quddiem Kummissarju Ewropew li faħħret pajjiżna u kemm qed nimxu ‘il quddiem, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem kontra investiment ta’ 200 miljun ewro fil-qasam tas-saħħa.
Il-Partit Laburista qal li jekk irid ikun jaf kemm huma serji l-investituri fil-qasam tas-saħħa l-unika ħaġa li għandu jagħmel Busuttil huwa li jistaqsi lil Professur Albert Fenech, ex-membru tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li rreżenja mill-Parlament biex imexxi id-dipartiment tal-qalb fi ħdan l-istess grupp. Simon Busuttil huwa negattiv u jreġġa’ l-arloġġ lura.