Il-prodott li qed jidher fir-ritratt m’għandux jiġi mixtri jew ikkunsmat għaliex fih proteina tal-ħalib li mhix iddikjarata fuq it-tiketta. Dan skont twissija li għadha kif ħarġet mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333