Infrastruttura Malta tavża lill-pubbliku biex bejn għada u l-Ġimgħa jevitaw Triq Nazju Ellul fil-Gżira.
Dan għaliex minn għada sal-Ġimgħa li ġej, parti minn Triq Nazju Ellul fil-Ġżira se tkun magħluqa għat-traffiku biex jitlesta l-aħħar kisja asfalt.
Intant, Infrastruttura Malta appellat lis-sewwieqa biex isegwu t-tabelli għal rotot alternattivi fl-inħawi.