Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib, minħabba li l-prodott jista’ jkun fih ħalib li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketta.
Isem tal-prodott: | Houmous Pizza (284g) Houmous Style Pizza (284g) Italian Garden Pizza (282g) Mediterranean Pizza (382g) |
Ditta: | NO CHEESE |
Data tad-durabbiltà: | Id-dati kollha |
Oriġini: | Renju Unit |