Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-sistema rapida tal-ikel u l-għalf, l-imsemijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib, peress li nstab li fihom ingredjent bil-ħalib mhux iddikkjarat fuq it-tikketta.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-servizzi tas-saħħ fuq in-numru: 2133733 mit-8:00 ta’ filgħodu sas02:30 ta’ wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġew Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Wieħed jista’ jżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal aktar informazzjoni.