- Transport Malta se tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fil-Gżira u l-Furjana.
Ix-xogħlijiet se jkunu qed isiru fi Triq ix-Xatt il-Gżira direzzjoni lejn Tas-Sliema. Xogħol li ser isir billejl bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu minn għada t-Tlieta sas-Sibt 18 ta’ Marzu 2017. F’dawn il-ħinijet, din il-parti tat-triq mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku.
Transport Malta se tkompli ukoll bix-xogħlijiet tagħha f’parti minn Triq Nazzjonali l-Furjana direzzjoni lejn il-Port. Din il-parti tat-triq se tingħalaq għat-traffiku għada mid-9.00am ‘il quddiem.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu b’attenzjoni u jużaw toroq alternattivi.