Transport Malta u l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ser iwettqu xogħol f’partijiet minn Triq l-Assedju l-Kbir bejn illejla fit-8.00 ta’ filgħaxija u għada fl-4.00 ta’ waranofsinhar. Ix-xogħol ikompli nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2017 bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu. Waqt il-ħin tax-xogħol, dawn il-partijiet tat-triq ser ikunu magħluqa għat-traffiku.
Dawn mhux l-unika xogħlijiet li se jkunu qed isiru fit-toroq Maltin fil-jiem li ġejjin hekk kif wara xogħlijiet ta’ manutenzjoni, Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ żebgħa ta’ linji tat-traffiku f’dawn it-toroq, dejjem jekk it-temp jippermetti:
Vjal il-Labour in-Naxxar fis-6 ta’ Jannar 2017 bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu
Triq l-Ifran il-Belt Valletta fis-7 ta’ Jannar 2017 bejn il-11.00 ta’ filgħodu u s-6.00 ta’ filgħaxija
Triq Nutar Zarb Ħ’Attard fit-8 ta’ Jannar 2017 bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu
Matul il-ħin tax-xogħol dawn it-toroq ser ikunu magħluqa għat-traffiku għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jsibu toroq alternattivi.