Persuna minnhom li hija infettata bil-Coronavirus taħdem f’Piscopo Wine & Spirits ta’ Raħal Ġdid.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci semmiet l-istabbiliment tal-ikel għaliex din il-persuna seta’ kellha kuntatt mal-klijenti.
“Dawk kollha li marru f’dan l-istabbiliment fl-aħħar jiem għandu jagħmel moniteraġġ tas-sintomi” spjegat il-Professur Gauci.
Hija spjegat li l-awtoritajiet tas-saħħa tkellmu mas-sid tal-istabbiliment sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa fosthom li l-post jiġi fumigat.