Ir-riħ li qed jolqot lill-gżejjer Maltin se jilħaq sa Forza 6. Dan skont tbassir tal-Uffiċċju Meteroloġiku.
Huwa mistenni li r-riħ mill-Punent Majjistru se jkompli jippersisti sad-9:00 tal-lejla. Minħabba dan il-kumpanija Virtu Ferries għamlet xi tibdiliet fil-ħin tat-tluq. Dan għaliex il-katamaran li se jitlaq minn Pozzallo se jħalli l-Port fis-18:00.
Dan filwaqt li l-vjaġġi kollha ta’ għada ġew imħassra, iżda l-kumpanija se tagħmel vjaġġi l-għada l-Ħamis 6 ta’ Frar, biex tikkumpensa għall-waqfien temporanju tas-servizz matul il-jum tal-Erbgħa.