Ċensu Galea jidher li għandu problema jekk tpoġġi quddiem ħanut li jbigħ l-alkoħol u saħansitra qajjem il-punt fil-parlament biex jara li huma l-liġijiet li “jikkontrollaw din it-tip ta’ sitwazzjoni.”
Wieġbu l-Ministru tal-Intern, Carmelo Abela, li qallu: “Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jiċċara d-domanda tiegħu. Ninfurmah li mhux reat li persuna tkun bil-qiegħda f’post publiku.”
Vera ninsabu f’era fejn ħafna qed ipoġġu bl-adoċċ, imma issa anke jekk tpoġġi fuq għatba ta’ xi każin problema, Ċens?!