Hekk kif l-istaġun tal-influwenza u l-irjiħat jinsabu fl-aqwa tagħhom, l-esperti mediċi jkomplu jagħtu pariri dwar modi li jistgħu jilqgħu dan il-mard u jsaħħu l-prevenzjoni tiegħu.
Mod naturali huwa t-teħid tal-frott taċ-ċitru.
Forsi għalhekk kien hemm attendenza sabiħa ta persuni li tul il-ġurnata tal-Ħadd għażlu jżuru Festa Ċitru li sarret fil-ġona ta’ Sant’Anton.
Fil-fatt, Sant’Anton kien mżewwaq b’kull tip ta’ prodotti mill- frott li nqata’ mill-ġonna tiegħu stess.
Waqt din l-attività kien hemm ukoll għadd ta’ kejkijiet u ħelu ieħor magħmul mil-larinġ, waqt li din is-sena kien hemm ukoll għal bejgħ żejt taż-żebbuġa, magħsur miż-żebbuġ li jinqata’ mis-siġar li hemm fil-Kitchen Garden.
B’hekk, dawk li attendew għal din l-attivitá kellhom l-opportunitá li jesperjenzaw il-versatilitá u l-kreattivitá tal-prodotti magħmula miċ-ċitru.
Il-qliegħ kollu minn din l-attivitá marru għall-karus nazzjonali ta’ solidarjetá, għall-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Waqt li rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha li ilhom bosta jiem jippreparaw għal dan l-avveniment, il-President George Vella qal li hu sorpriż bil-konkorrenza li kien hemm, u stqarr li kull donazzjoni miġbura tagħmel differenza fil-ħajjiet ta’ dawk kollha li jkunu jeħtieġu l-assistenza tal-Malta Community Chest Fund.
“Nirringrazzja lil kullħadd, nirringrazzja lil ġardina li ħadhu ħsieb matul is-sena biex il-larinġ jikber. Min-naħa l-oħra, ħafna ħafna voluntiera li għandna hawnhekk li qegħdin jgħinu ħalli nbiegħu dan il-prodott minn hawnhekk. Tidher li hija suċċess kbir u nirringrazzja lil nies kollha li ġew hawnhekk ”
George Vella – President