Kienu nofs id-Deputati Nazzjonalisti li għażlu li jattendu għas-seduta li fiha il-Kap il-ġdid tal-PN ħa l-ġurament ta’ Membru Parlamentari. Filfatt mit-tletin Deputat Nazzjonalista kienu biss ħmistax li attendew għal din is-seduta.Ħafna ddeskrivew din l-attendenza bħala waħda fjakka u ta’ nuqqas ta’ rispett lejn il-Kap il-Ġdid. Il-Partit Nazzjonalista jinsab maħkum minn qasma kbira hekk kif numru kbir ta’ membri parlamentari baqgħu jopponu l-ħatra ta’ Dleia bħala kap.
Punt interessanti ieħor interessanti huwa li għalkemm kien preżenti għas-seduta, ma kienx Simon Busuttil li ssekonda n-nomina ta’ Delia imma kien David Agius li għamel dan. Agius huwa wieħed mid-deputati preferuti ta’ Delia li saħansitra kien wieħed mill-magħżulin tiegħu għaż-żjara li kien għamel fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista x-xahar l-ieħor.
Il-bieraħ Delia għamel ukoll l-ewwel diskors tiegħu bħala membru parlamentari. Kif jixhed ir-ritratt għalkemm Kristy Debono u Clyde Puli dehru attenti għal dak li beda jgħid, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Mario De Marco dehru ferm anqas interessati.