Il-Grupp ta’ Houti fil-Yemen, alleat tal-Iran, iddikjara r-responsabilità tal-attakki mill-ajru li saru fuq żewġ impjanti taż-żejt fl-Arabja Sawdija. L-attakki, li saru lbieraħ, waqqfu aktar minn nofs il-produzzjoni taż-żejt tar-Renju. Dawn l-attakki huma mistennija li jgħollu l-prezzijiet taż-żejt b’mod qawwi kif ukoll jiżdiedu t-tensjonijiet fil-Lvan Nofsani.
Skont stqarrija maħruġa mill-kumpanija taż-żejt imexxija mill-Istat, is-Saudi Aramco, qalet li l-attakki se jnaqqsu l-prodizzjoni taż-żejt fl-Arabja Sawdija b’5.7 miljun barmil, jiġifieri aktar minn 5% tal-produzzjoni globali. L-Arabja Sawdita jesporta aktar minn seba’ miljun barmil kuljum lejn diversi pajjiżi globalment.
Minkejja li l-Grupp Houti iddikjaraw ir-responsabbiltà għal dan l-attakk, is-Segretarju tal-Istat għall-Istati Uniti, Mike Pompeo, kiteb fuq Twitter li ma kien hemm l-ebda evidenza li dan l-attakk sar Yemen. Filwaqt li l-President Amerikan, Donald Trump, offra s-sapport tal-Istati Uniti għas-sigurtà u stabbiltà fl-Arbaja Sawdija f’telefonata li kellu mal-Prinċep Mohammed bin Salman.
Ritratt: BBC News