Ir-Russja nediet missili mmirati madwar l-Ukrajna, minn Kharkiv fit-tramuntana, sa Odesa fin-nofsinhar u Zhytomyr fil-punent tal-pajjiż.
F’Kharkiv u Odesa ġew milquta bini u s-sistemi ta’ infrastruttura, u hemm qtugħ ta’ dawl f’diversi żoni. Hemm ukoll rapporti ta’ attakki fuq il-kapitali Kyiv.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Riżultat ta’ dawn l-attakki, intilfet ukoll il-provvista tal-enerġija elettrika fl-impjant tal-enerġija nukleari f’Zaporizhzhia, liema zona hija kkontrollata mir-Russja.
Dan fil-kuntent li qed ikompli l-ġlied qalil biex ir-Russi jiksbu kontroll tal-belt Bakhmut fi Lvant tal-Ukrajna.
Ritratt: Reuters