L-avukati ta’ Salah Abdeslam, s-suspettat ewlieni, li kien il-moħħ u l-persuna responsabbli għall-attakki terroristiċi f’Pariġi, stqarru li mhux se jibqgħu jiddefenduh. Wieħed mill-avukati ta’ Abdeslam, Frank Berton, spjega li Abdeslam se jkun qed juża d-dritt tiegħu li jibqa sieket.
L-attakki f’Pariġi, f’Novembru li għadda fuq ristoranti, teatru tal-kunċerti u l-grawnd tal-futbol ħallew 130 persuna mejta.
L-Istat Iżlamiku kien responsabbli għal dawn l-attakki, b’Salah Abdeslam ikun arrestat b’rabta ma’ dan il-każ fi Brussell f’Marzu li għadda. Abdeslam baqa sieket minn meta kien trasferiet lejn Franza f’April.