Fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, raġel kien qed iġorr sikkina ta’ 18-il pulzier fost in-nies li kienu qed jitolbu għall-vittmi tal-attakk terroristiku, biswit il-Katidral ta’ Nizza. Dan wara li l-Ħamis filgħaxija, trakk baqa’ dieħel qalb folla ta’ turisti u Franċiżi li kienu qed jiċċelebraw Jum Bastillja.
Ma’ stazzjonijiet tal-midja internazzjonali ħafna rrakkontaw kif dan l-arrest kompla jżid it-tensjoni fl-atmosfera. Dawk preżenti spjegaw kif twerwru meta raw lill-pulizija tiġri u twaqqaf lil dan ir-raġel li b’xorti tajba ma’ weġġa’ lil ħadd.