L-FBI fetħet investigazzjoni wara li kelliem tal-kandidat Repubblikan għall-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti tal-Amerka u eks President Donald Trump, stqarr li attakki minn hackers is-Sibt li għadda, fejn intilfu xi dokumenti, saru minn impjegati mill-Gvern Iranjan.
L-istess aġenzija federali Amerikana qed tinvestiga wkoll imejls malizzjuż li waslu għand it-tim tal-kampanja tal-kandidata Demokratika u Viċi President attwali, Kamala Harris.
Uffiċjali Iranjani ċaħdu dawn l-akkużi dwar xi forma ta’ tfixkil fil-kampanja elettorali Amerikana li se twassal għall-votazzjoni biex jinħatar il-President il-ġdid fil-5 ta’ Novembru li ġej.
Investigazzjoni minn Microsoft sabet li l-kampanja ta’ Trump kienet fil-mija ta’ dik li tissejjaħ spear-phishing – fejn messaġġi jwassluk biex iddaħħal ċerta informazzjoni personali u sensittiva, bl-iskop li hackers ikollhom aċċess għaliha.