Tintensifika t-tfittxija mal-Ewropa kollha għar-raġel Tuneżin li aktarx wettaq l-attakk barbaru f’Berlin meta baqa’ dieħel bi trakk f’folla nies.
Matul din is-sena t-Tuneżin, Anis Amri t’24 sena kien qed jinżamm taħt osservazzjoni mill-Pulziija fuq suspett li kien qed iħejji serqa biex jixtri numru t’armi, iżda rriżulta li ma kienx hemm biżżejjed evidenza u għaldaqstant kellu jinħeles.
Il-Pulizija Ġermaniża arrestat erbgħa persuni li kellhom kuntatt ma’ Anis Amri filwaqt li l-commandoes Ġermaniżi għamlu żewġ rejds f’appartamennti separati f’Berlin, iżda dawn rriżultaw fin-negattiv.
Qabel ma daħal il-Ġermanja, t-Tuneżin għamel erbgħa snin ħabs l-Italja.
Is-suq tal-Milied ta’ Berlin li fih mietu tnax-il persuni u weġġgħu 49 oħra, rega’ fetaħ il-bibien tiegħu wara dan l-attakk traġiku b’iktar sigurtà stretta tant li tweħħlu ukoll barrikati tal-konkrit bil-għan li jipprevjenu attakki simili