Il-White House attakkat wieħed mill-ogħla uffiċjal tal-Istati Uniti għal-Ukrajna waqt li kien qed jixhed f’seduta ta’ investigazzjoni jekk il-President Amerikan, Donald Trump abbużax mill-poter presidenzjali tiegħu. Il-Logutent Kurunell, Alexander Vindman kien semgħa lill-President Amerikan jagħmel talbiet politiċi mhux xierqa li kienu xokkanti f’telefonata li kellu mal-President Ukren.
Vindman, li huwa veteran tal-gwerra fl-Iraq qed iservi rwol anzjan fil-Kusill għas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti, kien qed jixhed f’seduta li saret it-Tlieta. Fil-mument li huwa kien qed jiddiskrivi r-reazzjoni tiegħu għat-telefonata, il-veteran spiċċa fil-miri ta’ attakki mill-kont uffiċjali tal-White House ta’ Twitter.