Raġel ta’ 29 sena, jinsab fil-periklu tal-mewt, hekk kif 8 persuni sfaw midruba minn attakk b’sikkina, fl-aħħar jum tal-Karnival ta’ Notting Hill fir-Renju Unit.
Żagħżugħ ieħor ta’ 19-il sena, jinsab f’kundizzjoni serja iżda stabbli.
F’dan l-istess Karnival, ġew irraportati wkoll diversi attakki vjolenti oħrajn, fosthom bis-skieken, u każ partikolari fejn ingidem uffiċjal tal-Pulizija.
Huwa rraportat li madwar żewġ miljun ruħ attendew għal dan l-avveniment.
Tul il-medda tal-karnival, saru 275 arrest, bir-reati jvarjaw minn pussess t’armi, fastidju sesswali, vjolenza fuq il-pulizija u pussess tad-droga.