Għexieren ta’ rġiel b’wiċċhom mgħammad u armati daħlu fi stazzjon tal-ferrovija f’Hong Kong u bdew jattakkaw lin-nies.
Filmati fuq il-midja soċjali juru lill-irġiel, libsin l-abjad, jattakkaw b’mod vjolenti persuni li kienu qed jistennew ferrovija u nies li kienu fil-kabini.
Minn tal-inqas ħamsa u erbgħin persuna ndarbu.
Dan l-attakk x’aktarx sar wara rally li kien hemm favur id-demokrazija fiċ-ċentru ta’ Hong Kong, fejn il-Pulizija użat il-gass tad-dmugħ u sparat lejn id-dimostranti.
Għadu mhux magħruf min kien il-moħħ wara dan l-attakk.
Snippet of a live broadcast from lawmaker Lam Cheuk ting, showing self-professed pro-Gov’t mobsters attacking passengers in train cars at #MTR #YuenLong Stn. #HongKong has 1 of the world’s highest cop to population ratio. Where were @hkpoliceforce? Lam was injured as shown live. pic.twitter.com/Aq5JmJlf5u
— Ray Chan (@ray_slowbeat) July 21, 2019