L-uffiċċju tas-sigurtà tal-kommunikazzjoni ta’ New Zealand ġie msejjaħ biex jagħti l-assistenza tiegħu wara li l-borża ta’ New Zealand kienet attakkata b’mod virtwali għar-raba’ jum konsekuttiv.
Kawża ta’ dan l-attakk, in-negozju tal-iskambju finanzjarju fi New Zealand fetaħ tliet sigħat aktar tard mis-soltu.
Huwa mifhum li l-attakki fuq is-sit ta’ minn fejn isir l-iskambju finanzjarju sar minn barra l-pajjiż.
Intant il-Ministru għall-finanzi ta’ New Zealand, Grant Robertson qal li l-Gvern qed jittratta dan l-attakk b’serjetà iżda ma tax aktar dettalji dwar il-każ.