Fil-ħin li għadda, f’attakk meqjus bħala wieħed terroristiku, seħħet splużjoni ħdejn il-Parlament tat-Turkija, f’Ankara.
Il-Ministru għall-Intern tal-Gvern Tork qal kif kawża ta’ dan weġġgħu żewġ uffiċjali tal-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-attakk seħħ minn żewġ persuni li kienu qed isuqu vann kummerċjali. Wieħed minnhom sploda lilu nnifsu, filwaqt li l-ieħor inqatel mill-pulizija.
Fuq il-post hemm numru kbir ta’ pulizija u suldati li qed jiżguraw li ż-żona hija sigura.