Tmien persuni tilfu ħajjithom u ħdax oħra ndarbu serjament fi New York wara li spiċċaw vittmi t’attakk terroristiku.
Ħamsa mill-mejta kienu ħbieb mill-Arġentina li flimkien ma’ grupp ta’ ħames persuni oħra kienu fi New York biex jiċċelebraw it-tletin anniversarju minn meta ggradwaw.
L-attakk seħħ f’Manhattan, meta raġel saq f’karreġġjata taċ-ċiklisti, u qabad jispara fl-istess waqt li jsuq bi trakk fuq dawk li kienu qed isuqu r-rota u oħrajn li kienu għaddejjin mill-inħawi.Il-Pulizija sparaw lis-suspettat, Sayfullo Saipov ta’ 29 sena, u qed iżommuh arrestat.
Jidher li r-raġel huwa immigrant li mar l-Istati Uniti fl-2010, u kien qed jgħix fi Florida.
Fit-trakk li ntuża biex ħasad il-ħajja ta’ numru ta’ persuni innoċenti, instabet nota b’referenza għall-hekk imsejħa Militanti tal-Istat Iżlamiku, u rapporti fil-midja internazzjonali rrappurtaw li waqt li kien qed jispara fuq in-nies, l-aggressur beda jgħajjat “Allah hu l-Akbar”.
Is-Sindku ta’ New York City Bill de Blasio qal li għalkemm l-attakk kellu l-mira li jkisser il-paċi, jemmen li dawk fi New York huma reżiljenti u mhux se jaqtgħu qalbhom minħabba att ta’ vjolenza mmirat li jintimidahom.
“This was an act of terror, and a particulary cowardly act of terror aimed at innocent civilians, aimed at people going about their lives who had no idea what was about to hit them.” – Bill de Blasio
Il-President Amerikan Donald Trump wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-vittmi f’dan l-attakk terroristiku – li huwa t-tieni l-aktar li ħalla persuni mejta mill-attakki tal-ħdax ta’ Settembru.
My thoughts, condolences and prayers to the victims and families of the New York City terrorist attack. God and your country are with you!
— Donald J. Trump (@realDonaldTrump) October 31, 2017