Għoxrin persuna nqatlu u diversi oħra sfaw feruti f’attakk terroristiku fiċ-ċentru tal-kapitali tal-Burkina Faso,Ouagadougou.
Aggressui fetħu n-nar fuq klijenti li kienu bilqiegħda fuq barra ta’ restorant. L-awtoritajiet qalu li l-attakk intemm, b’minn tal-inqas żewġ aggressui jinqatlu minn forzi tas-sigurta. Hemm il-biża li dan l-attakk kien ix-xogħol ta’ wieħed mill-gruppi affiljati mal-al-Qaeda, li jinsab attiv fir-reġjun Sahel.
L-attakk beda ftit wara d-disgħa tal-Ħadd filgħaxija, bl-Aziz Istanbul Restaurant ikun fiċ-ċentru tal-attakk.