Minn tal-inqas 40 nqatlu u 30 persuna oħra ndarbu wara attakk suwiċida fil-kapitali Afgana, Kabul.
L-attakk seħħ f’żona tal-Musulmani Shia u s’issa ħadd ma refa’ r-responsabbilità ta’ dan l-attakk.
Kelliem għall-Ministeru tal-Intern tal-Afganistan spjega li wara l-attakk suwiċida seħħew żewġ splużjonijiet oħra.
Ritratti fil-mezzi soċjali wrew iġsma bla ħajja f’bitħa ta’ kumpless.
Jirriżulta li grupp ta’ studenti kienu preżenti għal-laqgħa organizzata waqt il-ħin tal-attakk.
Nhar il-Milied attakk suwiċida ieħor qatel 10 persuni viċin il-bini tal-aġenzija tal-intelliġenza Afgana f’Kabul.