Minn tal-anqas disa’ persuni sfaw midruba wara li mara splodiet lilha nnifisha iċ-ċentru ta’ Tunis. Tmienja minn dawn huma uffiċjali tal-Pulizija.
Jidher li l-bomba ħadet hekk kif il-mara resqet viċin uffiċjali tal-Pulizija fi vjal Habib Bourguiba li jinsab fiċ-ċentru tal-belt.
Il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż qed jiddeskrivi dan bħala attakk terroristiku.
Numru ta’ ambulanzi jinsabu fuq il-post biex jieħdu lill-midruba l-isptar għall-kura.
Dan l-attakk jiġi f’perjodu dejn il-pajjiż qed jerġa’ jqajjem lis-settur turistiku tiegħu fuq saqajh, wara li tliet snin ilu seħħew żewġ attakki oħra.
L-ewwel minn dawn, fil-Mużew Bardo f’Marzu tal-2015, ħalla 22 persuna mejta. Ftit tax-xhur wara, 38 persuna inqatlu f’attakk terroristiku f’Sousse.