Fil-belt kapitali Ukrena, Kyiv, sptar tat-tfal, li hu l-akbar faċilità pedjatrika fl-Ukrajna, ġarrab ħsarat konsiderevoli wara li ntlaqat fost attakki Russi fl-aħħar sigħat.
Kawża ta’ dawn l-attakki, inqatlu wieħed u tletin persuna madwar il-pajjiż.
Il-Kap tal-Amministrazzjoni Militari Ukrena qal li fl-isptar stess inqatlu għaxar persuni, tlieta oħrajn f’Pokrovsk fil-Lvant u persuna oħra f’Dnipro.
Sadanittant il-President Ukren Volodymyr Zelensky jinsab fil-Polonja biex jiffirma patt ta’ sigurtà. Fil-fatt aktar kmieni, hu kiteb fuq il-midja soċjali u qal li aktar minn erbgħin missila splodew madwar il-pajjiż kollu.
Tobba, li kienu fl-isptar waqt l-inċident, qalu li bejn sittin u sebgħin fil-mija tal-isptar hu meqrud.