Li avukat żagħżugħ Malti jaħdem ma’ nies ta’ profil għoli u javvanza fil-karriera tiegħu ma tinżel tajjeb xejn ma’ wħud.
Kienet il-blogger tal-Partit Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia li bdiet bl-attakki fuq Debattista. Imbagħad, minn tant nies, kien Ivan Camilleri li fit-Times of Malta kompla jitfa’ tajn fuq l-għażla ta’ Randoph Debattista bħala parti mit-tim ta’ Michel Barnier. Dan huwa n-negozjatur ewlieni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Barnier okkupa diversi karigi fil-kabinett Franċiż, kien kummissarju Ewropew responsabbli minn bosta aspetti u kien viċi president tal-European People’s Party. Li għandu fl-uffiċju lil Debattista hija xi ħaġa li Camilleri ma jistax iniżżel.
Kien hemm min ikkumenta li jista’ jkun li għadu iritat wara li x-xogħol ta’ martu, taħt Richard Cachia Caruana, ma kienx imġedded fi Brussell. Martu infatti, żammewha għal numru ta’ xhur fid-dipartiment legali ta’ Dar Malta, minkejja li mhix avukat, sakemm taħt GonziPN kienet sekondata lill-Kummissjoni Ewropea.
L-istess Ivan Camilleri li kiteb l-artiklu fuq Randolph Debattista kien l-unika ġurnalist li qatt intbagħat stazzjonat Brussell, meta lanqas issa li Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea m’għandhom ġurnalisti stazzjonati.
Kien hemm min qal li Camilleri aħjar kiteb x’jaħsbu d-diplomatiċi li kwota dwar is-secondment ta’ martu.
Kien hemm oħrajn li kkummentaw li verament hemm min ma jistax jittollera li żgħażagħ jiksbu suċċess, jekk ġejjin mil-kamp Laburista.