Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li kmieni filgħodu, ir-Russja wettqet attakk ‘massiv’ bil-missili u bid-drones fuq il-faċilitajiet tal-enerġija madwar l-Ukrajna.
Fuq Twitter, Zelensky qal li f’dan l-attakk intużaw aktar minn ħamsin missila u għoxrin drone.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan huwa l-aħħar minn sensieli ta’ attakki mir-Russja fuq il-grid tal-enerġija tal-Ukrajna, li Moska qed tinsisti li hija mira militari leġittima.