Salman Abedi, il-ġuvni li wettaqq l-attakk suwiċida f’Manchester xtara l-maġġor parti tal-affarijiet neċessarju biex joħloq bomba, hu nnifsu.
Fil-waqt li l-Pulizija qed issostni li kien Abedi li wettaq l-attakk u ppjanah mill-bidu sal-aħħar, għadhom ma jafux jekk hu kienx parti minn xi tim ferm ikbar.
Tlett irġiel li ġew arrestati fi tmiem il-ġimgħa ngħataw il-ħelsien mill-arrest.
Il-Pulizija bħalissa qed tinvestiga l-aħħar passi ta’ Abedi u ma min seta’ l-aħħar tkellem fil-jiem ta’ qabel l-attakk.