Qed ikun irrappurtat li l-pulizija li qed jinvestigaw l-attakk b’bomba f’Manchester Arena waqfu jaqsmu l-informazzjoni mal-Istati Uniti wara li kienu żvelati dettalji lill-midja.
Jidher li uffiċjali Ingliżi kienu rrabjati meta ritratti li kienu juru tifrik mill-attakk dehru fuq in-New York Times.
Dan kollu seħħ wara li l-isem tal-aggressur Salman Abedi kien żvelat lill-midja Amerikana erbgħa u għoxrin siegħa wara l-attakk, li ħalla tnejn u għoxrin perusna mejta, fosthom tfal, u sitta u erbgħin oħra feruti.
Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tqajjem dil-kwistjoni ma’ Donald Trump hekk kif se jkunu qed jattendu għal-laqgħa tan-NATO.