Fl-aħħar sigħat 15-il uffiċjal tal-pulizija, saċerdot u gwardjan tas-sigurtà inqatlu kiesaħ u biered wara diversi attakki fuq pulizija, knejjes u sinagogi fit-Tramuntana tar-Russja, waħda mill-ifqar żoni f’dan il-pajjiż.
L-aggressuri wettqu l-attakki f’żewġt ibliet, dawk ta’ Derbent u Makhachkala, waqt li numru ta’ Ortodossi kienu qed jiċċelebraw il-festa ta’ Pentekoste. Fil-mira tal-attakki kien hemm żewġ knejjes u żewġ sinagogi u f’uħud minnhom ingħataw ukoll in-nar.
Sitt aggressuri nqatlu fil-konfront mal-pulizija u bħalissa għaddejja tfittxija intensiva għall-kumplament tal-irġiel armati.
Il-Kap tar-Repubblika ta’ Dagestan, Sergei Melikov, spjega li avolja l-aggressuri għadhom ma ġewx identifikati, minn sorsi infurmati li għandhom, jafu min kien wara dan l-attakk krudili.
Dan l-attakk tal-Ħadd sar biss tliet xhur wara li 145 persuna nqatlu f’attakk mill-Istat Iżlamiku fuq sala tal-kunċerti qrib Moska – l-agħar attakk li sar fir-Russja f’dawn is-snin.