Mill-anqas attakk Iżraeljan wieħed laqat is-subborgi fin-Nofsinhar ta’ Bejrut kmieni l-Erbgħa filgħodu siegħat biss wara li l-Istati Uniti ddikjarat li topponi l-ambitu ta’ attakki Iżraeljani fuq il-belt fost in-numru dejjem jikber ta’ mwiet u l-biża’ ta’ firxa aktar wiesa’ ta’ eskalazzjoni reġjonali.
Kmieni l-Erbgħa filgħodu Iżrael ħarġu notifika ta’ evakwazzjoni minn binja waħda iżda ftit wara instemgħu żewġ splużjonijiet u deher duħħan tiela’ minn żewġ lokazzjonijiet differenti fis-subborgi tan-Nofsinhar ta’ Bejrut.
F’dawn l-aħħar ġimgħat il-militar Iżraeljan attakkaw dawn is-subborgi mingħajr l-ebda twissija avvanzata jew jiddikjaraw li ħa jattakkaw post meta filfatt il-firxa tkun waħda akbar.
Il-militar ta’ Iżrael qal li kien attakka ħażna tal-armi tal-Hezbollah li kienet tinsab taħt l-art f’Dahieh fin-Nofsinhar ta’ Bejrut.
Filwaqt li ħafna pajjiżi, inkluż Malta, qegħdin jagħfsu għall-waqfa mill-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien kif ukoll Gaża, l-Istati Uniti qalet li se tkompli tappoġġja lil Iżrael u kienet se tibgħat kemm truppi kif ukoll sistema kontra l-missili. Iżda t-Tlieta, kelliemi mid-dipartiment tal-istat, qal li l-Istati Uniti kienet esprimiet it-tħassib tagħha mal-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu dwar l-attakki riċenti fejn qiegħda topponi l-ambitu ta’ l-istess attakki.