Bidu ta’ sena ġdida u l-militar Iżraeljan kompla jattakka l-Medda ta’ Gaza, li wassal biex ħdax-il persuna tilfu ħajjithom.
Fost il-vittmi li nqatlu f’dan l-attakk, fin-Nofsinhar ta’ Gaza, hemm id-Direttur Ġenerali tal-Pulizija.
Il-Ministru għall-Intern ta’ Gaza akkuża lill-militar Iżraeljan, li qatel lill-Maġġur Ġenerali Mahmoud Salah. Huwa kellu 50 sena u huwa missier ta’ erbat itfal.
Fi stqarrija l-Ministeru f’Gaza qal li l-militar Iżraeljan qed ikompli joħloq il-kaos f’din l-istrixxa daqs Malta, li qed iwassal biex iċ-ċittadini qed ibatu.