B’reazzjoni għall-allegazzjonijiet dwar tixħim fl-għoti ta’ viżas mediċi, il-Partit Laburista stqarr li Beppe Fenech Adami qed jilagħbha tal-‘judge and jury’. Din tikxef viżjoni ta’ partit politiku li jindaħal saħansitra fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
F’konferenza stampa l-Partit ta’ Busuttil u Fenech Adami qalu li jemmnu li persuna li qed tagħmel allegazzjonijiet iżda mhux l-investigazzjoni tal-Pulizija. Fil-proċess attakka tliet istituzzjonijiet li jgawdu r-rispett tal-poplu f’pajjiżna.
Il-Partit Laburista spjega kif Beppe Fenech Adami, bħal Simon Busuttil, irid li f’każ fejn jidhirlu li jista’ jipprova jieħu xi forma ta’ vantaġġ, jagħmilha ta’ prosekutur, imħallef u ġurat fl-istess ħin, u meta l-eżitu tal-investigazzjoni jew ir-risposta ma tkunx dak li hu jkun qed jistenna u jrid, joħroġ jattakka lil kollox u lil kulħadd.
Illum attakka lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Avukat Ġenerali u l-Bord tal-Governanza dwar il-Kunsilli Lokali għax sabet lil ħuħ, Michael Fenech Adami, ħati ta’ irregolaritajiet fil-Kunsill Lokali ta’ B’Kara fejn kien jiddeċiedi kuntratti kbar li jammontaw għall-eluf ta’ ewro waħdu mingħajr mal-Kunsill Lokali jkun mgħarraf.
Fi stqarrija, l-Partit Laburista fisser li kien ikun aħjar li Beppe Fenech Adami flok ipponta subgħajh fuq ħaddieħor tkellem dwar x’azzjoni se jiehu l-Partit Nazzjonalista fuq ħuh Michael, li huwa mpjegat tal-istess Partit. Imma Fenech Adami jiddetta anke fuq Busuttil biex jiddefendi l-interessi tiegħu.
Din l-attitudni li ħadu Simon Busuttil u sħabu hija waħda ferm perikoluża u hija l-istess attitudni arroganti li l-poplu rema’ ‘il barra fl-aħħar elezzjoni.