F’Sydney fl-Awstralja, seħħ attakk ieħor b’arma taqta’ u bil-ponta, din id-darba waqt ċelebrazzjoni reliġjuża fi Knisja, li kienet qed tixxandar b’mod dirett online.
Dan il-każ ħalla erba’ persuni midruba, fosthom qassis, minkejja li ħadd mill-persuni mweġġa’ ma jinsabu fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija ta’ New South Wales, arrestat raġel, li qiegħed ukoll jassisti u jikkollabora, b’rabta ma’ dan il-każ.
Dan l-attakk seħħ wara li l-ġimgħa l-oħra, f’kumpless tax-xiri, f’Sydney, seħħ attakk b’sikkina, li ħalla sitt persuni mejta.
B’rabta ma’ dan il-każ, l-agressur inqatel permezz ta’ tir minn uffiċjal tal-Pulizija.