Żewġ persuni nqatlu fi sparatura f’Tel Aviv l-Iżrael. Dan l-attakk, li seħħ ilbieraħ, huwa r-raba’ wieħed f’temp ta’ ġimagħtejn, li b’kollox ħasdu l-ħajja ta’ 13-il persuna.
L-isparatura saret f’waħda mill-aktar toroq bieżla f’Tel Aviv li fiha numru ta’ bars u ristoranti.
F’dan l-attakk weġġgħu minn tal-inqas tnax-il persuna oħra, li erbgħa minnhom jinsabu f’qagħda kritika.
L-aggressur, Palestinjan ta’ 29 sena inqatel, mill-forzi tas-sigurtà Iżraeljani wara li nstab moħbi fejn Moskea.
Minn tal-inqas 1,000 membru tal-forzi tas-sigurtà Iżraeljani bdew ifittxu għalih.
Intant, il-Prim Ministru Iżraeljan Naftali Bennet tenna l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi.