Il-midja tal-Partit Nazzjonalista fetħet attakk fuq Tarxien Rainbows FC għax il-Partit Laburista kien stmat l-istess bħalma kien stmat Adrian Delia, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Ħadd filgħodu l-Partit Laburista għamel użu minn sala li hemm fil-kwartieti tal-klabb ta’ Tarxien Rainbows biex organizza l-laqgħa pubblika ta’ nhar ta’ Ħadd. B’reazzjoni għal dan il-midja tal-PN qalet li Tarxien Rainbows kienu qed jiksru l-istatut tal-MFA u li kien hemm rabja kbira għalihom.
Iżda, jirriżulta li kien Adrian Delia l-ewwel miż-żewġ mexxejja politiċi li uża din is-sala għal attivita politika. Saħansitra kkonferma dan is-Segretarju tal-klabb, is-Sur Joe Spiteri. “Adrian Delia meta kien qed jikkontesta t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista għamel attivita politika fil-każin. Delia politiku, ma ġiex hawn biex jagħmel attivita tal-futbol. Hawn intlaqa’ fl-istess post fejn kien il-Prim Ministru. Fl-istess post fejn kien il-Prim Ministru għamel attivita hu,” qalilna s-Sur Spiteri.
Is-Segretarju ta’ Tarxien żied ukoll li jekk kemm-il darba Delia jerġa’ jitlob permess juża s-sala hu jingħata permess jagħmel dan. “Jekk jistaqsina biex juża s-sala jista’ jgħamilha mingħajr problema ta’ xejn. Jekk xi ħadd jiġi jistaqsina biex juża jew jikri s-sala tagħna m’għandniex problema. Aħna m’għamilniex attivita politika. Jekk Adrian Delia jgħoġbu jerġa’ juża s-sala tagħna nerġgħu ntuh permess. M’aħniex nippreferu partit politiku,” qal is-Sur Spiteri.
Rapport kif deher fil-midja nazzjonalista: