Minn tal-inqas 22 persuna tilfet ħajjitha, filwaqt li 100 oħra huma feruti, wara attakk fuq skola f’Gaża, li hija mmexxija mill-Ġnus Maqgħuda, u li qed tintuża bħala shelter.
Il-militar Iżraeljan, qal li f’din l-iskola kien hemm numru ta’ terroristi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Skont rapporti fil-midja internazzjonali, ma kien hemm ebda persuni armati ġol-iskola.
Dan kien il-ħames attakk fuq jew viċin ta’ skola fi tmien t’ijiem.
Kelliema għall-Hamas qalu li għaddejjin negozjati mhux diretti mal-Iżrael, sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied, u jiġu rilaxxati l-ostaġġi.