Żewġt irġiel, li għandhom ‘l fuq minn għoxrin sena, qed jinżammu arrestati fuq suspett ta’ attentat ta’ qtil.
Raġel ġie attakkat f’Thorpe Park, f’Surrey l-Ingilterra.
Il-vittma, li qala’ daqqa fl-istonku, ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Dan l-attakk mhux qed jiġi meqjus bħala wieħed terroristiku.
Intant, kelliem għal Thorpe Park qal li l-istaff tal-park li huwa mħarreġ biex jagħti l-ewwel għajnuna u għaldaqstant kienu fuq il-post fi ftit minuti wara li seħħ l-inċident.
Huma assistew lill-vittma sakemm wasal tim tas-servizzi tal-emerġenza.