Il-Pulizija fi New Zealand sparaw u qatlu raġel li daħal fi stabbiliment kbir tal-merċa f’Auckland u ta’ daqqiet ta’ sikkina lil numru ta’ persuni.
Rapporti tal-lokal qed jgħidu li minn tal-inqas sitt persuni ndarbu, b’persuna li kienet fuq il-post iddeskriviet ix-xena bħala waħda ta’ kaos.
Il-Prim Ministru Jacinda Ardern spjegat kif dan qed jitqies bħala attakk terroristiku li sar minn raġel mis-Sri Lanka u li kien taħt is-sorveljanza tal-Pulizija.
Ir-raġel, li ma jistax jiġi identifikat, ġie ispirat mill-grupp terroristitku l-Istat Iżlamiku.