L-Ogħla Qorti tal-Venezuela ġiet attakata permezz ta’ ħelikopter. Il-President Nicolás Maduro jiddeskrivi l-attakk bħala wieħed terrorista.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri ħelikopter tal-Pulizija idur fuq il-belt qabel ma tinstema’ splużjoni kbira u sparaturi. L-uffiċjali tal-pulizija qed jgħidu li jidher li l-ħelikopter kien misruq minn uffiċjal tal-Pulizija li aktar tard ħareġ vidjow fuq il-midja soċjali jakkuża lill-Gvern bħala wieħed kriminali. Il-President Maduro ilu għal dawn l-aħħar xhur jaffaċja dimostrazzjonijiet kbar fil-pajjiż li għaddej minn kriżi politika u ekonomika. Il-Qorti Suprema regolarment kienet ikkritikata mill-Oppożizzjoni għad-deċiżjonijiet tagħha, li fi kliem l-Oppożizzjoni jgħinu minn taħt biex Maduro jżomm mal-poter.
https://youtu.be/BWcby3IuIrg