Jum Bastilja sar il-jum nazzjonali, magħruf aħjar bħala l-14 ta’ Lulju jew il-Festa tal-Federazzjoni, sena wara l-attakk fuq il-fortizza ta’ Bastilja Pariġi fl-1789.
“Ovvju li l-attakk li sar ilbieraħ apposta, fis-sens li ntgħażlet ġurnata simbolika li tħabbar il-ħelsien mid-despotiżmu tal-monarkija fi Franza,” saħaq Dr Charles Xuereb, storiċista li jsegwi x-xena soċjopolitika ta’ Franza.
Franza għaqqdet set ta’ 3 attakki koroh fi żmien 18-il xahar. Il-jum nazzjonali jattira nies jaraw il-logħob tan-nar filgħaxija, jifirħu bl-akbar festa Franċiża fis-sajf u fl-istess waqt tattira wkoll turisti għall-ispettakli militari f’parata Pariġi.
Fi kliem Xuereb, dat-Tuneżin Franċiz ta’ 31 sena kien jaf li se jsib vittmi innoċenti u attakka biex joħloq traġedja kbira kif ġara. Franza kienet għadha fuq allert u ġie maqtul wara li ġera fin-nies għal kilometru. Imma l-Promenade des Anglais mal-baħar dejjem tkun iffullata, qisha dik tagħna tax-Chalet u Triq it-Torri tas-Sliema.
L-istoriċista qal li Franza tibqa’ tattira terroristi – issa ssikati minn telfien ta’ territorju fis-Sirja, l-Iraq u l-Libja – f’pajjiż li huma jafuh sew – specjalment Għarab-Musulmani mill-Afrika ta’ Fuq. Fl-istess waqt hi mira simbolika. “Ma jonqosx li bl-elezzjoni Franċiża ghall-President u l-Assemblee f’Mejju ftit hemm tama li se jonqsu dawn l-attakki,” qal Xuereb.
Melvic Zammit jintervista lil Dr Charles Xuereb:
https://youtu.be/9fE0tvlihAM