Minn tal-inqas 28 persuna, maġġoranza tfal, inqatlu wara li eks uffiċjal tal-pulizija spara fuq ċentru għall-ħarsien tat-tfal fit-Tajlandja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aggressur spara u ta’ daqqiet ta’ sikkina lil tfal u anke adulti li kienu fiċ-ċentru, u wara ħarab minn fuq il-post. Fil-fatt, bħalissa għaddejja tfittxija għalih.
Rapporti qed jgħidu li l-eks uffiċjal tkeċċa mix-xogħol riċntament.
Dawn it-tip ta’ attakki huma rari fit-Tajlandja. L-aħħar wieħed kien sar fl-2020 meta suldat kien qatel 21 persuna u weġġa’ għexieren oħra.