Suldat Franċiż fetaħ in-nar fuq suspettat agressur fil-Louvre f’Pariġi. Qed ikun irrapurtat li s-suldat kien attakkat b’sikkina u li l-agressur prova jidħol fil-mużew.
Operazzjoni kbira ta’ sigurta qed tkun irrapurtata li qed iseħħ f’Louvre u stabbiliment kummerċjali fil-qrib.
Sors kwotat mill-aġenzija tal-aħbarijiet,Reuters qal li r-raġel ipprova jidħol fil-ħanut taħt l-art tal-mużew, b’bagalja f’idejh. Il-ministru tal-intern Franċiż ddeskriva dan il-każ bħala serju.