Żewġ persuni mietu wara li ġew sparati tiri minn arma tan-nar lejhom waqt li kienu qed jattendu għall-quddiesa l-Ħadd filgħodu f’White Settlement Texas.
Raġel li kien waqt l-istess quddiesa flimkien ma’ parruċani oħra, qam minn postu u spara tiri fuq żewġ parruċani oħra. Ir-raġel inqatel ftit wara minn gwardjan tas-sigurtà tal-knisja.
Filmat jixhed li parruċani oħra li kienu waqt il-quddiesa mmiraw l-armi tan-nar tagħhom lejn ir-raġel li spara, iżda mhux ċar jekk huma sparawx ukoll lejn il-qattiel. Il-pulizija għadha qed tipprova tiddetermina x’kieniet il-motivazzjoni li wasslet biex ir-raġel jispara u joqtol liż-żewġ parruċani.
Il-pulizija qalet illi l-persuni milquta waqt l-isparatura mietu ftit wara li sar l-attakk fl-isptar.