Żewġ pulizija ndarbu wara attakk b’sikkina kbira minn agressur li hekk kif kien qed jattakkahom beda jgħajjat Allah Hu Akbar.
L-attakk seħħ quddiem għassa tal-pulizija f’Charleroi u l-aggressur indarab ukoll. Dan wara li pulizija oħra sparawlu sabiex jiġi newtralizzat l-attakk.
Il-belt li seħħ dan l-aħħar attakk seħħ fejn numru ta’ terroristi kienu bbażati qabel l-attakki ta’ Pariġi u Brussel f’Novembru u Marzu li għadda rispettivament.