Is-suspett li qed jinżamm wara attentat ta’ attakk terroristiku fit-terminal prinċipali tal-karozzi tal-linja ta’ New York City qal li kien bħala ritaljazzjoni għall-attakki mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku.Akayed Ullah, immigrant mill-Bangladexx ta’ sebgħa u għoxrin sena, ġarrab xi ġrieħi meta splussiv ħa fuq it-terminal tal-Awtorità tal-Port f’Manhattan.
Il-Pulizija tgħid li Ullah għażel il-post minħabba l-kartelluni tal-Milied li fih.
Tliet persuni oħra sofrew feriti ħfief fl-isplużjoni li seħħet it-Tnejn.
Dan filwaqt li Ullah huwa rrappurtat li jinsab f’kondizzjoni serja fl-isptar wara li sofra ħruq meta l-apparat, li kien imwaħħal miegħu stess, sploda f’underpass fit-terminal.